Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Ħal Qormi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li waqa’ minn fuq bejt ta’ appartament fi Triq id-Dalja, Santa Luċija.
Fi stqarrija l-Pulizija qalu li ż-żagħżugħ kien qed jagħmel xi xogħol fuq il-bejt ta’ din il-blokka, u għal xi raġuni żelaq għal isfel. Hu waqa’ għoli ta’ 4 sulari.
Iż-żagħżugħ jinsab rikoverat fl-ITU jissielet għal ħajtu.
L-investigazzjonijiet minn naħa tal-Pulizija għadhom għaddejin.