Lokali

FILMAT : Żagħżugħ ta’ 21 sena f’kundizzjoni kritika wara li waqa’ erba’ sulari f’Santa Luċija

Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Ħal Qormi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li waqa’ minn fuq bejt ta’ appartament fi Triq id-Dalja, Santa Luċija.

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li ż-żagħżugħ kien qed jagħmel xi xogħol fuq il-bejt ta’ din il-blokka, u għal xi raġuni żelaq għal isfel. Hu waqa’ għoli ta’ 4 sulari.

Iż-żagħżugħ jinsab rikoverat fl-ITU jissielet għal ħajtu.

L-investigazzjonijiet minn naħa tal-Pulizija għadhom għaddejin.

santa lucija 4 sulari