Internazzjonali

Gwerra tal-ISIS kontra t-TV għar-Ramadan

L-ISIS ordna biex dawk kollha li jgħixu fit-territorju taħt il-kontroll tagħha biex jeqirdu d-dishijiet tas-satellita li jintużaw biex jaraw it-televiżjoni bihom. Dan biex tipprova tikkontrolla l-influwenza minn dawn l-istazzjonijiet barranin.
L-ISIS ukoll xandar filmat li juri l-qerda ta’ dishijiet għas-saltellita jinqerdu f’Raqqa u Deir ez-Zor.
Apparti hekk attivsiti tal-grupp Raqqa is Being Slaughtered Silently poġġew ritratti fuq l-internet ta’ fuljett li l-ISIS qed tqassam fejn in-nies qed jiġu ordnati jagħtuhom l-apparat li għandhom biex jaraw it-televiżjoni qabel il-bidu tar-Ramadan, li mistenni jibda l-ġimgħa d-dieħla.
Din mhux l-ewwel darba li l-ISIS ħa passi kontra t-televiżjoni li jqis bħala mezz tal-għadu. L-ISIS imexxi stazzjon tat-televiżjoni tiegħu apparti radju u rivsiti u mezzi oħra beix iqassam il-messaġġ tiegħu.
L-ISIS f’Jannar kien beda jneħħi t-televiżjonijiet mid-djar wara li sostniet li l-prorgammi barranin kienu “xogħol ix-xitan”. Nies li ħarbu minn Mosul, l-akbar belt taħt il-kontroll tal-ISIS fl-Iraq, ikkonfermaw li anki hemmhekk, il-militanti Iżlamiċi kienu bdew jeqirdu kull apparat li jista’ jintuża beix wieħed jara stazzjonijiet tat-televiżjoni barranin.