Edukazzjoni

Il-Gvern jiffaċja tilwima industrijali oħra

L-MUT irreġistrat tilwima industrijali mal-Gvern minħabba nuqqas ta’ rikonoxximent għall-union tal-għalliema fl-MCAST. U qed tgħid illi jekk is-sitwazzjoni tibqa’ kif inhi sal-aħħar tal-ġimgħa, se jkollha tordna azzjonijiet industrijali minn nhar it-Tnejn li ġej.

Fi stqarrija l-MUT qalet li kitbet lill-Ministru Helena Dalli u l-Ministru Evarist Bartolo dwar din is-sitwazzjoni.

Jirriżulta li l-Gvern ilu xhur jonqos milli jirrikonoxxi r-rappreżentanza tal-MUT fl-MCAST, bil-union tgħid illi tinsab diżappuntata.