Qorti tal-Appell fl-Italja konfermat is-sentenza ta’ 16-il sena ħabs fil-konfront ta’ Francesco Schettino, il-persuna li kien il-kaptan tal-vapur tal-passiġġieri, il-Costa Concordia.
Il-Concordia kien inkalja fuq il-blat ftit metri bogħod mill-gżira Taljana ta’ Giglio fl-2012 u 32 persuna kienu tilfu ħajjithom. Schettino kien istab ħati u kundannat talli abbanduna l-vapur, ikkawża inċidenti marittimu ta’ qtil involonatrju.
Hu s’issa għadu ma daħalx il-ħabs u għad għandu ċans ieħor biex jappella mis-sentenza quddiem l-ogħla qorti Taljana.
Kien hemm ħames membri oħra tal-ekwipaġġ li kienu kkundannati l-ħabs. Il-pieni kienu jvarjaw minn 18-il ħabs għal sentejn u għaxar xhur.
Konfermata s-sentenza ta’ ħabs għal Schettino
