Saħħa

L-infermiera urtati bis-sitwazzjoni f’Monte Karmeli; dikjarata tilwima industrijali

L-isptar Monte Karmeli

Il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) illum kitbet lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tas-Saħħa fejn protestat bil-qawwa kollha kontra deċiżjonijiet li qed jieħu d-Dipartiment tas-Saħħa fuq l-Isptar Monte Karmeli.

Il-union qalet fi stqarrija illi f’dan l-isptar m’hemmx biżejjed infermiera biex iħarsu l-pazjenti kollha, u agħar minn hekk qed ikun hemm ftit nurses sabiex joqgħodu constant watch ma’ dawk il-pazjenti li l-psikjatra jkun iddeċieda li għandhom bżonn din l-attenzjoni speċjali bħala parti mill-kura.

Dan ifisser li hija rutina ta’ kuljum li minflokk tlett nurses ikunu constant watch ma tlett pazjenti, qed jispiċċaw infermier wieħed ma’ tlett pazjenti bil-konsegwenzi kollha ta’ prattiċi mhux siguri, bir-riżultat li n-nurse qiegħed ta’ kuljum jirriskja l-ħobża tiegħu ta’ kuljum. L-aħħar każ bħal dan seħħ ftit tal-ġranet ilu fejn infermier kien qed iħares tlett pazjenti u waqt li mar jara x’ġaralu pazjent minnhom, pazjent ieħor ħarab mill-isptar. Dan qed iwassal għall-bordijiet ta’ inkjesta u investigazzjonijiet maġisterjali bil-konsegwenzi kollha li jġibu magħhom.

Is-Segretarju Ġenerali Colin Galea qal illi biex tkompli titfa l-melħ fuq il-ferita, illum l-MUMN ġiet infurmata dwar proċedura ġdida fejn waqt Bord ta’ Investigazzjoni relatat ma’ dan il-każ, in-nurses ser jigu mitluba jieħdu ġurament fuq dak li seħħ. Din hija azzjoni ċara ta’ nuqqas ta’ fiducja fin-nurses mid-Dipartiment tas-Saħħa.

Procedura oħra li giet imposta fuq in-nurses f’dawn l-ahhar granet hija dik fejn in-nurses ġew ordnati biex jimlew audits relatati ma’ ħidma li huma responsabbli taghha kategorija oħra ta’ professjonisti dwar first level constant watch u treatment orders. L-MUMN ma tistax taċċetta li n-nurses jiehdu r-responsabbilita ghal haddiehor u l-Management ghandu jkollu l-kuraġġ li jqabbad jghamel dan ix-xoghol lil min hu responsabbli li jghamlu.

Minħabba f’hekk, l-MUMN iddikjarat tilwima industrijali mad-Dipartiment tas-Saħħa fuq l-Isptar Monte Carmeli u b’effett immedjat qed tghati dawn id-Direttivi Industrijali:
– l-ebda nurse mghandha tiehu gurament waqt bord ta’ investigazzjoni;
– l-ebda nurse mghandha toqghod tiftaħ u tgħalaq il-bieb tas-sala biex jidħlu u joħroġu haddiema li ftit tal-granet ilu kienu fil-pusses ta’ cavetta;
– l-ebda nurse m’għandha timla xi formoli relatati ma’ first level constant watches jew treatment orders li suppost jimtlew minn professjonisti ohra.

L-MUMN tkun lesta li tikkonsidra azzjonijiet oħra aktar drasstiċi.