Lokali

Michael Falzon b’impjieg ma’ entita’ statali

L-eks Segretarju Parlamentari Laburista ikkonferma li tpoġġa f’impjieg mal-Grand Harbour Regeneration Corporation, li hija entita’ statali.

Il-gazzetta Times of Malta dalgħodu żvelat din l-aħbar, għalkemm ic-chairman tal-Korporazzjoni Stefan Zrinzo Azzopardi ma weġibx għal mistoqsijiet li sarulu dwar dan l-istess impjieg. Minn naħa tiegħu, Michael Falzon qal li l-mistoqsijiet tat-Times kienu insult lejh.

Fil-bidu ta’ din is-sena, Michael Falzon kellu jirriżenja mill-Kabinett ta’ Joseph Muscat wara rapport iebes li sar fuq il-ħidma tas-Segretarjat li kien imexxi fl-eqqel tal-iskandlu Gaffarena.