Futbol Sport

RITRATT: It-Taljani b’uniformi ġdida għall-Euro 2016

Din hija l-uniformi tan-nazzjonal Taljan illi iżżanżnet din il-ġimgħa qabel il-bidu tal-Euro 2016 – uniformi kollha skura, b’ingravata u qmis skura. Dan ir-ritratt ittieħed kmieni dalgħodu.

Minkejja r-ritratti sbieħ, l-għażla ta’ Conte għall-finali fi Franza għadha imtappna bl-esklużjoni ta’ Jorginho mit-tim, u l-għażla ta’ Sturaro minfloku. Ħafna fans tal-Azzurri qed iqisu din id-deċiżjoni bħala żball kbir ta’ Conte.

Bħalissa t-tim jinsab ibbażat f’Coverciano. It-tim imissu logħba ta’ ħbiberija fis-6 ta’ Ġunju kontra l-Fillandja.