Lokali

Thomas Michael Stewart għadu nieqes

Għadu rrappurtat nieqes Thomas Michael Stewart ta’ 59 sena, li kien irrappurtat nieqes lill-Pulizija fl-20 ta’ Mejju li għadda.

Fi stqarrija, il-Pulizija reġgħet appellat għall-għajnuna tal-pubbliku biex, min ikollu xi informazzjoni dwar Stewart, jgħaddiha immedjatament lill-Pulizija anke b’mod kunfidenzjali.

Wieħed jista’ jċempel fuq 21224001-9 jew 119, inkellem javviċina l-eqreb Għassa tal-Pulizija.