Lokali

Attent…tista’ tinqabad f’nassa!

Il-Pulizija qed tkompli bil-ħidma tagħha fil-prevenzjoni ta’ reati diġitali bit-tnedija ta’ vidjo ġdid dwar frodi li jsir permezz tal-internet.

Matul is-sena li għaddiet, is-Cyber Crime Unit tal-Pulizija kienet involuta f’iktar minn 240 każ li ġew mibdija wara rapporti li saru mill-pubbliku, wara li dawn sfaw vittmi ta’ frodi onlajn. Dawn il-każijiet jinkludu persuni li bagħtu flejjes wara li rċevew xi forma ta’ messaġġ jgħarrafhom li rebħu xi somma flus jew jinfurmahom b’xi forma ta’ bżonn urġenti li għalih kien hemm il-ħtieġa li jiġu miġbura xi flus malajr. Każijiet oħrajn jinkludu persuni li ppruvaw jixtru jew ibiegħu xi ħaġa permezz tal-internet u sabu ruħhom f’diffikulta’.

L-appell tal-Pulizija jibqa, li f’ każijiet bħal dawn, huwa importanti li wieħed jiċċekja dwar il-kredibilta tal-messaġġi li jirċievi qabel ma jikkorrispondi jew jibgħat dettalji lura lil min ikun bagħat il-messaġġ.