DJ Lito jingħata l-aħħar tislima fil-Knisja ta’ San Lawrenz

Il-Ħamis filgħodu fil-Knisja ta’ San Lawrenz fil-Birgu ngħatat l-aħħar tislima lil Emanuel Micallef, magħruf aħjar bħala DJ Lito, li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku li seħħ nhar il-Ħadd li għadda f’Bormla.

Dj Lito, li kellu 47 sena, jibqa’ mfakkar għall-kontribuzzjoni li ta lill-qasam tal-mużika rock f’pajjiżna. Hu ħadem bħala disk jockey ma’ numru ta’ stazzjonijiet tar-radju, inkluż Radio 101, fejn kien jippreżenta l-programm Fuzzbox kull ġimgħa, u riċentament ma’ Radju Kottoner.

Fuq wiċċ dawk kollha preżenti għall-funeral ta’ DJ Lito, fejn spikkat il-preżenza ta’ rockers, imma wkoll kollegi u eks kollegi tiegħu fix-xena tax-xandir f’Malta,

espressjoni ta’ xokk u dieqa għal din il-mewta li ħasdet lil kulħadd.

DJ Lito kien deskritt minn ħafna bħala enċiklopedija tal-mużika rock, punt ta’ referenza għal kulmin idoqq jew isegwi din it-tip ta’ mużika.