Il-ġelleida Libjani alleati mal-Gvern Libjan għall-Għaqda Nazzjonali, li għandu l-appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti, tilfu almenu għaxar ġellieda waqt ġlied mat-terroristi tal-ISIS fil-limiti tal-belt ta’ Sirte.
F’dan il-ġlied indarbu wkoll għexieren ta’ ġellieda li huma magħmulha, fil-parti kbira, minn elementi li ġejjin mill-belt ta’ Misrata, fil-Punent tal-Libja. L-istess brigati, fl-aħħar ġimgħa, avvanzaw sa ftit ’il barra minn Sirte – illum fortizza tal-ISIS – meta beħsiebhom jieħdu lura kontroll ta’ din il-belt ewlenija.
Il-brigati, f’nofs il-ġimgħa, bagħtu stqarrijiet fuq il-midja soċjali fejn qalu li l-avvanz kien miexi tajjeb lejn in-Nofsinhar ta’ Sirte u fid-direzzjoni ta’ power station, lejn il-Punent ta’ din il-belt. Ingħad ukoll li l-brigati ‘kkonfrontaw erba’ splużjonijiet suwiċida fejn intużaw vetturi’, bi tnejn minn dawn il-vetturi jisplodu qabel avviċinaw il-miri.
Ġlied vjolenti kontra l-ISIS barra Sirte
