Il-komunita’ Qormija ingħaqdet f’appelli għal talb u solidarjeta’ mal-familja taż-żagħżugħ Ozbert Casha, illi lbieraħ spiċċa ferut gravi wara li waqa’ għoli ta’ 4 sulari minn fuq bejt f’Santa Luċija. “Kuraġġ ħabib, ejja ħa tkun lura magħna malajr”, kitbu sħabu f’diversi kummenti li tpoġġew fil-media soċjali.
Ozbert Casha, li għandu 21 sena, huwa ġuvni attiv ferm fil-qasam tal-Karnival, kif ukoll dilettanti kbir tal-festa ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi.
Ilbieraħ għall-ħabta tas-1pm, Ozbert kien involut fl-inċident li seħħ fi Triq id-Dalja, Santa Luċija fejn għal xi raġuni żelaq u waqgħa għoli ta’ madwar erba’ sulari. Hu kien qed jagħmel xogħlijiet fuq bejt ta’ appartamenti.
Iż-żagħżugħ ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
(Ritratti: Facebook)
//= $special ?>