Titjira minn Luton lejn Malta kellha tinżel il-Ġermanja wara li passiġġier ħassu ħażin f’nofs it-titjira. F’dak il-ħin, l-ajruplan kien għadu kif daħal fl-ispazju tal-ajru tal-Ġermanja.
Il-kundizzjoni ta’ dan il-passiġġier għadha mhix magħrufa.
It-titjira tar-Ryanair FR3884 kellha tinżel b’emerġenza fl-ajruport ta’ Baden (ritratt) għall-ħabta tad-9:30am.
L-ajruplan wasal Malta ftit qabel is-12:45pm.