Donald Tusk, il-President tal-Kunsill Ewropew, ħeġġeġ biex l-Unjoni Ewropea tabbanduna l-ħolm dwar integrazzjoni akbar bħala mezz miżura biex jikkumbattu x-xettiċiżmu li hawn dwar l-UE.
Tusk qal li hemm bżonn li l-mexxejja tal-UE iridu jikkonċentraw fuq affarijiet prattiċi bħat-tisħiħ tal-fruntieri u l-għaqda bankarja. Hu qal li hemm bżonn li l-mexxejja tal-UE juru l-enerġija fl-argumenti tagħhom daqs dawk li jitkellmu kontra l-UE.
Hu wissa wkoll li kien ikun hemm konsegwenzi drammatiċi jekk ir-Renju Unit titlaq mill-UE.
Tusk qal dan waqt laqgħa mal-mexxejja tal-qasam tan-negozju fi Brussel. Tusk, li hu mill-Polonja, qal li l-unika alternattiva għall-UE kien il-kaos u kkritika kummenti li għamel l-eks-Sindku ta’ Londra,