Lokali

Żagħżugħ Taljan arrestat wara sejba ta’ 4kg raża tal-kannabis

Żagħżugħ Taljan ta’ 31 sena kien arrestat ilbieraħ waranofsinhar wara ħidma mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga. Dan wara li nstab li kellu fil-pussess tiegħu 4kg raża tal-kannabis, li kienet lesta biex tiġi ttraffikata.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ż-żagħżugħ mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin, akkużat fost l-oħrajn b’assoċjazzjoni fl-importazzjoni, traffikar u pussess aggravat tad-droga.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.