L-Italja, bħalissa, qed toħroġ it-twissijiet dwar għargħar, bi skola elementarja u bank jispiċċaw evakwati fl-inħawi ta’ Borghetto Vara qrib La Spezia. Dan waqt li telgħu l-livelli tal-ilma tax-Xmara Pogliaschina.
L-iskola u l-bank jinsabu viċin ħafna tax-xmara u l-ġenituri ta’ madwar 100 tfal tal-iskola kienu involuti fl-arranġamenti biex uliedhom jitwasslu lura d-dar qawwijin u sħaħ.
Iz-zona madwar ix-xmara, fl-2011, kienet mifqugħa bl-għargħar bil-konsegwenza li seba’ persuni spiċċaw jitilfu ħajjithom.
//= $special ?>