Charlene hija tfajla li bħalissa għaddejja mill-marda tal-kanċer, Net News tkellem magħha f’intervista fi Frar li għadda u ħafna esprimew ruħhom li bl-istorja tagħha, Charlene qed tkun ta’ ispirazzjoni kbira.
Minn dakinhar tla-intervista, Charlene kompliet tieħu l-kura għal din il-marda.
Fl-aħħar siegħat il-kumpanija V Squared ppublikat il-filmat ta’ hawn taħt, li fih titkellem Charlene f’ġurnata tipika tagħha, fejn xorta waħda tmur għax-xogħol, iżda wkoll tiġġieled dak kollu li għaddejja minnu. Fi tmiem il-filmat Charlene tgħid li “fil-ħajja, l-importanti li tgħix u mhux li teżisti”.
//= $special ?>