Lokali

FILMAT : Ir-rebbieħa tal-Miss World Next Top Model lura Malta

Waslet lura Malta r-rebbieħa tal-Miss World Next Top Model. Virjiniq Jomes, li għandha 22 sena, rnexxiela tirbaħ f’isem pajjiżna dan il-konkors li jsir fil-Lebanon.

Hekk kif waslet Malta, hi sabet jistennewha l-qraba taghha, b’mod partikolari ż-żewġt itfal tagħha.

B’kollox fil-konkors Miss World Next Top Model ħadu sehem 44 pajjiż u l-kompetizzjoni bdiet fl-14 ta’ Mejju.

Pajjiżna issa jerġa’ jisraq l-attenzjoni ta’dan il-konkors is-sena ddieħla, hekk kif Virginiq trid tgħaddi l-kuruna lil Miss World Next Top Model 2017.