Lokali Qorti

Jitressaq il-Qorti raġel akkużat b’serqa

Raġel ta’ 41 sena minn Marsacala dipendenti fuq id-droga kien kundannat erba’ snin ħabs wara li ammetta li seraq €2,300 f’deheb minn fuq anzjana ta’ 89 sena l-Ħadd li għadda.

Ir-raġel, Johann Zammit, ammetta wkoll attentat ta’ serq minn ħanut tad-deheb f’San Pawl il-Baħar jumejn qabel.

Hu ammetta li wettaq dawn il-każi għaliex kellu bżonn il-flus għad-droga. Fis-serqa l-anzjana kienet midruba ħafif.

Il-Maġistrat Depasquale qal lil Zammit li l-perjodu li se jgħaddi l-ħabs għandu jservi biex ir-raġel jirriforma ruħu.