Lokali Qorti

Il-MaltaToday ikkundannata tħallas €3,000

Il-gazzetta MaltaToday kienet ikkundannata tħallas €3,000 lil Uffiċjal tal-Pulizija għal malafama dwar il-kontuneut ta’ żewġ rapporti ppubblikat seba’ snin ilu, fejn intqal li l-Uffiċjal tal-Pulizija kien uża forza eċċessiva waqt il-qadi tad-doveri.

L-artikli kienu jitrattaw lis-Supretendent tal-Pulizija Sharon Tanti, li dak iż-żmien kienet stazzjonata fl-Għassa tal-Puliizja ta’ San Ġiljan. Il-każ kien jitratta inċident li fih il-Pulizija marret biex tarresta mara li ma kinitx dehret il-Qorti.

Il-mara rreżistiet lill-Pulizija, filwaqt li binha pprova jaggredixxi lill-Pulizija. Il-Qorti qalet li s-Supretendent Tanti ma dehret imkien fil-post u għalhekk ir-rapport tal-MaltaToday kien skorrett.