Il-Pulizija fir-Russja arrestat 50 persuna akkużati li serqu madwar 20 miljun ewro permezz ta’ viruses li kienu jpoġġu fuq l-Internet.
Hu mifhum li dan hu l-akbar arrest ta’ hackers fir-Russja s’issa.
Sorsi qalu li r-rejds irnexxielhom jevitaw is-serq ta’ madwar 50 miljun ewro oħra li l-grupp kien lest jisraq.
Hu mifhum li dan il-grupp kien wara virus tat-tip ‘trojan’ imlaqqam “Lurk” li kien tpoġġa bil-moħbi fuq xi wħud mill-aktar siti elettroniċi popolari fir-Russja. Jidher dan il-virus kien ilu jintuża għal madwar sena u nofs imma l-grupp kien ilu attiv mill-2011.
Imkisser grupp Russu involut fis-serq fuq l-Internet
