Internazzjonali

Jinstab ħaj it-tifel li kien tħalla f’foresta fil-Ġappun

epa05343195 A pedestrian is reflected in a TV screen broadcasting Takayuki Tanooka, father of the missing boy who was found earlier in the morning in Hokkaido, speaking to reporters, in Tokyo, Japan, 03 June 2016. Earlier in the day, 7-year-old Yamato Tanooka was found after he was missing since 28 May after he was left behind in the woods by his parents as a punishment. EPA/FRANCK ROBICHON

Il-militar Ġappuniż rnexxielu jsib lit-tifel ta’ 7 sena snin li kien għeb nhar is-Sibt f’Shikabe .
It-tifel,Yamato Tanooka, kien spiċċa abbandunat f’foresta mill-ġenituri tiegħu bħala kastiġ. It-tifel instab qawwi u sħiħ jistkenn f’bażi militari qrib il-foresta fejn kien tħalla. Hu instab moħbi f’kamra u apparti l-effetti ta’ nuqqas ta’ ikel u ilma, kien f’kundizzjoni tajba.
L-awtoritajiet Ġappuniżi issa mhux qed jeskludu li jieħdu passi fil-qrati kontra l-ġenituri.