Madwar 250 persuna kienu salvati minn dgħajsa tal-immigranti li nqalbet fil-Mediterran, ftit ’il barra minn Kreta. Madankollu jidher li kien hemm anki numru ta’ immigranti li tilfu ħajjithom f’dan il-vjaġġ, meta diversi bastimenti kienu qed iduru fl-ibħra fost ħidma intensiva biex jittellgħu n-nies mill-baħar.
Qed jingħad li d-dgħajsa kienet qed iġġorr’il fuq minn 300 immigrant.