Raġel ta’ 35 sena, fl-Italja, ammetta li hu spiċċa jivvelena lit-tfajla tiegħu li kienet inqabdet tqila. Dan wara li hu kien spiċċa suġġett għal sigħat ta’ interrogazzjoni.
Il-Pulizija ta’ Bologna kienu waqqfu lir-raġel biex jagħmlulu d-domandi ftit wara li t-tfajla tiegħu, li kellha 35 sena, kienet ammessa l-isptar.
Ir-raġel, waqt l-interrogazzjoni, ammetta li kien tefa’ likwidu tad-dishwashers fix-xarba tat-tfajla. L-investigaturi ma identifikawx l-iskop iżda qalu li r-raġel kien ferm inkwetat dwar it-tqala tat-tfajla u kien qed jippjana għal xi żmien biex jitterminaha.
Fil-preżent, ir-raġel qed jinżamm il-ħabs, bl-awtoritajiet iqabbdulu avukat pubbliku. Dan qabel smigħ inizjali li għandu jivvalida l-proċess ta’ kustodju qabel jitressqu akkużi fil-konfront tar-raġel
//= $special ?>