Il-livell tax-Xmara Seine f’Pariġi mistenni jilħaq il-massimu tiegħu minn ħin għall-ieħor.
Il-famużi mużewijiet ta’ Louvre u Orsay ingħalqu, fost il-miżuri ta’ emerġenza, biex il-ħaddiema tagħhom ikunu jistgħu jmexxu xogħlijiet tal-arti prezzjużi ‘il hinn minn periklu.
Fil-preżent, diversi pajjiżi fl-Ewropa qegħdin ibatu minn kriżi ta’ għargħar, bin-numru tal-mejtin, bħala konsegwenza, jitla’ għal madwar 14. Għaxar vittmi huma rrappurtati fin-nofsinar tal-Ġermanja, bi tnejn jitilfu ħajjithom fi Franza u tnejn oħra fir-Rumanija.
Mistennija wkoll aktar ħalbiet tax-xita għal tmiem il-ġimgħa, tul medda territorju fl-Ewropa ċentrali – minn Franza sal-Ukrajna.
Il-maltemp u l-għargħar ħallew ħerba f’diversi bliet fin-naħa t’isfel tal-Ġermanja, bl-effetti jinħassu wkoll fil-Belġju, l-Awstrija, l-Olanda u l-Polonja.
RITRATTI: Pariġi f’nofs kriżi ta’ għargħar
