Internazzjonali

Sejba ta’ katavri tul il-kosta ta’ Zuwara fil-Libja

epa05343241 A body bag lies on the beach as rescue personnel work where bodies of migrants washed up, in Zuwarah, west of Tripoli, Libya, 02 June 2016. According to media reports citing Red Crescent officials, at least 85 bodies have washed up onto Libyan beaches this week. EPA/MOHAME BEN KHALIFA ATTENTION EDITORS: GRAPHIC CONTENT

Il-katavri ta’ mill-anqas 25 immigrant li għerqu waqt vjaġġ fil-Mediterran instabu fuq bajja, qrib il-belt ta’ Zuwara, lejn il-Punent tal-Libja.
Dan kien ikkonfermat minn uffiċjali tar-Red Crescent, il-fergħa Iżlamika tas-Salib l-Aħmar, wara li, fl-aħħar jiem, mijiet ta’ immigranti tilfu ħajjithom f’sensiela ta’ traġedji fuq il-baħar.
L-uffiċjali tar-Red Crescent qalu li l-ħaddiema tagħhom, kienu għadhom qed jirkupraw il-katavri mill-bajja fil-limiti ta’ Zuwara. Sar magħruf ukoll li ħafna mill-vittmi kienu nisa u li ‘ma kenux ċari’ iċ-ċirkustanzi tal-mewt f’din is-sitwazzjoni.
Kelliema għall-gwardjani tal-kosta fi Tripli qalu li l-ebda dgħajjes mimlijin bl-immigranti ma kienu interċettati fl-aħħar jiem. Dan waqt li ma setgħux isiru l-patrols effettivi ta’ zoni speċifiċi b’kaġun tal-ibħra mqallbin.
S’issa, din is-sena, ’il fuq minn 40,000 immigrant qasmu l-Mediterran, mill-Afrika ta’ Fuq, lejn l-Italja, fejn kellhom iħallsu lit-traffikanti tal-bnedmin għall-vjaġġi.