Lokali

12-il persuna se jitressqu l-Qorti dwar l-inċident ta’ Paqpaqli

Fit-13 ta’ Ġunju li ġej 12-il persuna se jitressqu l-Qorti  b’konnessjoni mal-inċident  li seħħ f’Ottubru li għadda waqt l-attivita’ Paqpaqli għall-Istrina b’risq il-Malta Community ChestFund.

Fl-attivita’ Paqpaqli għall-Istrina  kienu weġġgħu aktar minn għoxrin persuna meta karozza li kienet qed tinstaq b’veloċita qawwija  tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla fl-ispettaturi.

Rapport fil-gazzetta The Malta Independent jgħid li dawk li se jittellgħu il-Qorti huma ħdax-ilpersuna mill-kumitat organizzattiv tal-avveniment  fosthom il-preżentatur tal-programm Paqpaqli  Tonio Darmanin  u l-miljunarju Ingliż  Paul Bailey, is-sewwieq tal-karozza Porsche involuta fl-incident.