L-awtoritajiet tal-fergħa Iżlamika tas-Salib l-Aħmar ikkonfermaw li s-sejba ta’ katavri, nhar il-Ġimgħa, fl-ibħra qrib ta’ Zuwara, lejn il-Punent tal-Libja, issa qed tammonta għal talanqas 117. Dan wara li l-katavri komplew jitilgħu, fost sigħat ta’ tfittxija intensiva f’dik iz-zona tal-Mediterran.
Ir-rapporti inizjali ta’ nhar il-Ġimgħa sostnew li kienu nstabu ftit għexieren ta’ immigranti li tilfu ħajjithom waqt vjaġġ fil-Mediterran. L-indikazzjonijiet huma li l-vittmi, fil-parti kbira nett immigranti Afrikani, kienu qegħdin jivvjaġġaw b’dgħajsa tat-traffikanti, u li dawn spiċċaw iġarrbu inċident fatali ma kenitx iddettaljata.
Talanqas 117 il-katavru – 75 mara, sitt itfal u 36 raġel – ittellgħu mill-ibħra barra Zawara u ċ-ċifra tal-mejtin anki mistennija titla aktar ma jgħaddu s-sigħat.
Dan meta ma ntlemħu l-ebda life jackets fuq il-katavri li ttellgħu l-art, bl-awtoritajiet għadhom inċerti dwar ‘meta seħħew dawn l-imwiet u kif’.
Il-gwardjani tal-kosta Libnjani, nhar il-Ħamis, kienu sabu dgħajsa abbandunata u miexja mingħajr direzzjoni fil-Mediterran. Fl-istess ħin, uffiċjali tal-qawwiet tal-baħar tal-Libja ma jeskludux li d-dgħajsa setgħet inqalbet matul il-jum preċedenti.
//= $special ?>