Il-Papa Franġisku approva miżuri li jippermettu għat-tkeċċija ta’ Isqfijiet li jmexxu ħażin il-każi ta’ abbuż tat-tfal li jitressqu għall-attenzjoni tagħhom.
Id-digriet tal-Papa jagħmilha ċara li dawk l-Isqfijiet li huma negliġenti fil-mod kif huma jieħdu ħsieb il-qassisin li jwettqu dan l-abbuż iridu jitwarrbu taħt proċeduri legali ġodda.
Id-digriet hu reazzjoni għal domandi speċifiċi li ilhom jinsistu bihom il-vittmi tal-abbuż sesswali u s-sostenituri tagħhom. Il-vittmi ilhom jitolbu biex jinżammu responsabbli dawk l-isfqijiet li jonqsu milli jipproteġu lid-devoti mill-aġir ta’ pedofeli b’konnessjoni mal-Knisja.
Issa il-Papa qed jgħid li għandhom jissaħħu l-liġijiet eżistenti li huma relatati għal dawn il-każi ta’ abbuż.
Il-vittmi ta’ abbuż sesswali taħt idejn qassisin qalu li xi isqfijiet kienu jaħbu l-abbuż b’li jitrasferixxu lill-qassisin responsabbli minn parroċċa għall-oħra, aktar milli jirrappurtawhom lill-pulizija.
//= $special ?>