Permezz ta’ stqarrija tħabbar li twaqqaf ir-raba’ partit f’Malta.
Fl-istqarrija ntqal li ftit jiem oħra dan il-partit se jkun reġistrat u wara ser jkunu organizzati xi attivitajiet.
Il-Partit, li se jkun abbinat mal-kulur oranġo għandu bħala mexxej temporanju lil Marlene Farrugia.
Fl-istqarrija r-raba’ partit qal li għal bosta raġunijiet nħass il-bżonn ta’ vuċi politika ġdida fil-pajjiż. Ntqal li l-partit hu grupp ta’ nies li qed iwieġbu għas-sejħa tal-pajjiż, meta l-għajta issa hija illi żmien it-tribaliżmu u l-Partiti tradizzjonali għadda.
Ir-raba’ partit qal li qed jifhem dak li qed jistennew mill-Partit in-nies u li se jippruvaw jilħqu l-aspirazzjonijiet tan-nies fejn tidħol it-tħaddim ta’ politka f’ pajjiżna.
Fl-istqarrija jsostnu li r-raba’ partit, bl-isem il-Partit Demokratiku, se jżomm l-interess nazzjonali fuq quddiem u mhux biex jisserva bin-nies jew biex jieħu.
//= $special ?>

