L-awtoritajiet fiċ-Ċina saħħew is-sigurtà madwar Pjazza Tiananmen ta’ Beijing, fis-27 anniversarju tal-kampanja militari mdemmija kontra l-studenti li, fil-lejl tat-3-4 ta’ Ġunju tal-1989, kienu mexxew dimostrazzjonijiet favur id-demokrazija fil-qalba tal-kapitali.
Mijiet, u possibbilment eluf, inqatlu meta t-truppi u t-tankijiet tal-gwerra avvanzaw fuq il-pjażża u zoni ta’ Beijing f’dak il-lejl fatali. Dan wara li eluf ta’ studenti, ħaddiema u ċittadini kienu nġabru fi Pjazza Tiananmen u l-madwar biex jinsistu għal riforma politika.
Illum, kull forma ta’ tifkira – privata u daqstant ieħor pubblika – tal-avvenimenti traġiċi tal-1989 huma pprojbiti mill-Gvern Komunista taċ-Ċina li għadu ‘sensittiv’ dwar il-ġrajjiet ta’ 27 sena ilu.
Fl-aħħar sigħat, il-pulizija f’Beijing eżaminaw l-identitajiet ta’ kulmin ipprova jidħol fi Pjazza Tiananmen waqt li twaqqfu ġurnalisti li, maż-żmien, kienu sfurzati jitilqu mill-inħawi fuq bażi li ‘ma kellhomx il-permess biex ikunu hemm’.
//= $special ?>