Lokali

27 persuna arrestati wara sejbiet tad-droga

Drogi varji - ritratt mill-arkivji

Matul il-lejl li għadda, 27 persuna, li l-eta’ tagħhom tvarja bejn is-16 u l-40 kienu arrestati wara sejbiet tad-droga fl-inħawi ta’ Ħ’Attard u l-Mosta.

L-arrestati, 4 nisa u 23 ragel, huma ta’ nazzjonalita` Maltija, Ingliża, Spanjola, Ċeka u Taljana u nstabu fil-pussess ta’ droga bħall-pjanta u r-raża tal-kannabis, amfetamina u ecstasy.

Dawn l-arresti saru wara li l-Pulizija fi stqarrija lbieraħ qalet li kienu arrestati 25 persuna oħra.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.