Lokali

Aġġornata : Mara ta’ 52 sena f’qagħda kritika wara li sabet ruħha f’diffikulta’ waqt li kienet qed togħdos fid-Dwejra

Tieqa tad-Dwejra qabel waqgħet

Mara ta’ 52 sena tinsab f’qagħda kritika wara dalgħodu sabet ruħha f’diffikulta’ waqt li kienet qed togħdos fil-bajja tad-Dwejra, limiti ta’ San Lawrenz, f’Għawdex.

Jirriżulta li l-mara, Ġermaniża, li kienet parti minn grupp ta’ bugħaddasa, ddaħlet max-xatt permezz ta’ dgħajsa biex tingħata l-assistenza medika.

Fuq il-post wasal tim medika, u għalkhemm deher li l-mara kienet konxja, hija ttieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura, fejn aktar tard kien ċertifikat li tinsab f’qagħda kritika.

Il-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat Għawdex għaddejjin bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.