Anzjan isofri attakk tal-qalb waqt titjira minn Edinburgh lejn Malta

Anzjan li kien abbord it-titjira ta’ RyanAir FR6695 minn Edinburgh lejn Malta sofra attakk tal-qalb bil-konsegwenza li l-ajruplan kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza fi Franza.

It-titjira kellha tasal f’Malta għall-ħabta tat-19:45 madankollu t-tibdil fir-rotta wassal biex l-ajruplan fil-fatt wasal f’Malta ftit wara s-siegħa ta’ filgħodu b’membri tal-ekwipaġġ differenti minn dawk li telqu minn Edinburgh.

Mhux magħrufa l-kundizzjoni ta’ saħħet ir-raġel li sofra l-attakk ta’ qalb, li dan is-sit hu nfurmat li hu barrani.