Anzjan jitlef ħajtu wara li waqa’ f’Ħal Luqa

Anzjan ta’ 66 sena residenti Ħal Luqa tilef ħajtu wara li waqa’ waqt li kien miexi fi Triq Valletta, f’Ħal Luqa. Il-każ seħħ is-Sibt għall-ħabta tas-13:00.

Malli daħal ir-rapport, il-Pulizija marret minnufih fuq il-post, bir-raġel jingħata l-ewwel għajnuna minn persuni li joqgħodu fil-viċinanzi.

L-anzjan ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika, u iktar tard ir-raġel tilef ħajjtu.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr J Demicoli LLD li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. Dan filwaqt li ġiet ordnata awtopsja biex jinxteħet aktar dawl fuq il-każ.

Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Ħal Luqa qed jinvestigaw il-każ.