F’Pariġi batta l-allert minħabba l-għargħar wara li x-Xmara Seine kienet qrib li tfur u l-mużewijiet reġgħu fetħu għall-pubbliku.
Fi tmiem il-ġimgħa, l-ilma tas-Seine kien laħaq is-6.1 metru – l-ogħla li qatt kien f’dawn l-aħħar 35 sena, imma sal-Ħadd kien naqas sew.
Tul ix-xahar ta’ Mejju, ix-xita fi Franza kienet l-ogħla f’dawn l-aħħar 143 sena u qed ikun stmat li saret ħsara għal madwar 600 miljun ewro. Dan apparti l-vittmi.
Issa hemm tħassib għar-reġjun tan-Normandija fejn ix-xmajjar hemmhekk huma qrib li jfuru.
Ibattu l-għargħar f’Pariġi
