Lokali

Jitressaq il-Qorti akkużat li wettaq 14-il serqa fuq anzjani u li weġġa’ wħud minnhom

Żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Marsa, iżda jgħix Ħal-Tarxien, tressaq il-Qorti u kien akkużat b’14-il każ ta’ serq li allegatament wettaq bejn April u din il-ġimgħa, ilkoll fuq anzjani.

Jinsab akkużat ukoll li għamel żewġ attentati ta’ serq fuq żewġ anzjani oħra. Kien akkużat ukoll li waqt xi reati darab xi anzjani.

Hu kien akkużat li seraq ġiżirajjen minn fuq anzjani b’valur ta’ madwar €20,000.

Quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri, iż-żagħzugħ m’ammettiex l-akkużi miġjuba kontrih u nżamm taħt arrest preventiv.