Il-Pulizija Indjana arrestat ħames persuni bħala parti minn investigazzjoni rigward kummerċ illegali ta’ organi umani u li fih hu mdaħħal wieħed mill-isptarijiet privati ewlenin fi New Delhi.
Fost dawk arrestati hemm żewġ impjegati tal-Isptar Apollo.
Dawn huma suspettati li kienu jingannaw nies fqar biex imorru jagħtu l-organi, spiss il-kliewi, bl-iskuża li jkollhom bżonnhom xi qraba biex imbagħad dawn jinbiegħu bi prezz għoli.
L-isptar qed isostni li hu kien ingannat u l-istess it-tobba li għamlu l-operazzjonijiet
Hu mifhum li l-grupp kien jiffalsifika d-dokumenti meħtieġa biex issir l-operazzjoni.