Raġel ta’ 28 sena residenti l-Fgura sofra ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll ta’ vettura tat-tip Peugeot 306 fi Triq il-Buqana, ir-Rabat (Malta). L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-ħamsa neqsin kwart.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li waqt li raġel kien qed isuq fid- direzzjoni lejn il-Mosta għal xi raġuni tilef il-kontroll u spiċċa bejn barrier u ħajt tas-sejjieħ.
Is-sewwieq kellu xi ġrieħi huwa ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei għall-kura. Il-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat qed jinvestigaw il-każ.
//= $special ?>
