Ilbieraħ għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata mill-Isptar Mater Dei li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq it-Tgeżwira, f’Ħal Għaxaq.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li tfajla ta’ 17-il sena residenti Ħal Għaxaq, li aktarx kienet miexja fit-triq, kienet sofriet xi ġrieħi wara li kienet milquta minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 24 sena ukoll residenti Ħal Għaxaq.
It-tfajla ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura medika u aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa.
Il-Pulizija mill-Għassa taż-Żejtun qed jinvestigaw il-każ.
//= $special ?>

