Sitt persuni ndarbu wara li nfetaħ in-nar kontra xarabank mimlija turisti tul triq ewlenija f’Saulce sur Rhone, bejn Lyon u Marsilja. Abbord kien hemm 75 turist mir-Repubblika Ċeka li kienu qed jivvjaġġaw minn Spanja lura lejn pajjiżhom.
S’issa l-Pulizija m’għandhom ebda ħjiel minn kien wara l-attakk. Hu mifhum li min spara, spara minn pont fil-qrib. Il-vettura ntlaqtet minn tal-anqas żewġ tiri.
Tiri lejn xarabank turisti fi Franza
