Ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga matul il-lejl li għadda, fl-inħawi ta’ Ħ’Attard u l-Mosta, wasslet għall-arrest ta’ 26 persuna oħra.
L-età ta’ dan il-grupp tvarja bejn is-16 u l-40 sena.
L-arrestati, Maltin, Pollakki u Żvediżi, instabu li kellhom fil-pussess tagħhom parti mill-pjanta tal-kannabis, kif ukoll raża tal-kannabis.
Matul it-tlett ijiem li għaddew, il-Pulizija rnexxielha tarresta b’kollox 78 persuna wara sejbiet ta’ droga.
//= $special ?>

