Is-servizzi tas-sigurtà fl-Ukrajna ħabbru li kienu arrestaw raġel Franċiż li kien qed iħejji sensiela ta’ attakki terroristiċi fi Franza waqt il-kampjonat tal-football tal-Euro 2016.
Ir-raġel, identifikat bħala Gregoire Moutaux, kien arrestat hekk kif kien se jaqsam il-fruntiera tal-Ukrajna mal-Polonja. Fil-pusses tiegħu kellu diversi armi tan-nar kif ukoll splussivi.
Skont Vasyl Hrytsak, il-kap tas-servizzi sigrieti Ukrajni, ir-raġel kien qed jippjana 15-il attakk terroristiku fi Franza u kien immotivat minn ideoloġija estremista tal-lemin. Fil-mira jidher li kien se jkun hemm moskej u sinagogi kif ukoll pontijiet; imma s’issa mhux magħruf jekk fil-mira kienx se jkun hemm ukoll il-logħob tal-Euro 2016.
Fil-pussess tiegħu nstabu 125 kilogramma ta’ splussiv kif ukoll ammont kbir ta’ armi tan-nar, fosthom anki rocket launcher.
Evitati sensiela ta’ attakki terroristiċi waqt l-Euro 2016


