Internazzjonali

Ħabta fatali bejn żewġ ferroviji fil-Belġju

epa05348227 Experts work at the scene where two trains crashed in Hermalle-sous-Huy, Belgium, 06 June 2016. According to media reports, a passenger train crashed into the back of a goods train, causing at least three casualties and at least 30 injuries. EPA/OLIVIER HOSLET

Tliet persuni tilfu ħajjithom u disa’ oħra ndarbu wara ħabta bejn żewġ ferroviji f’Hermalle-sous-Huy barra Liege.
Il-ħabta seħħet wara li tard il-Ħadd filgħaxija ferrovija tal-passiġġieri b’madwar 40 persuna abbord baqgħet dieħla f’ferrovija tal-merkanzija li kienet wieqfa fuq l-istess linji. Xhieda qalu li kien biss mirkalu li l-vittmi ma kinux aktar. Imma hemm xi wħud minn dawk li ndarbu li jinsabu f’qagħda kritika fl-isptar.
Il-ferrovija kienet qed tivjaġġa b’veloċita ta’ madwar 90 kilometru fis-siegħa fuq rotta bejn Liege u Namur meta seħħet il-ħabta.