Mara ta’ 44 sena minn San Ġiljan sofriet feriti gravi għalkemm ma tinsabx fil-periklu li titlef ħajjitha wara li waqgħet minn għoli ta’ madwar sular minn gallarija ta’ residenza privata.
Il-każ seħħ ftit wara l-10am meta għal xi raġuni l-mara waqgħet mill-gallarija fi Triq San Mark f’San Ġiljan stess.
Fil-post issejħu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Wara li ngħatat l-ewwel għajnuna medika fil-post, hi ttieħdet l-Isptar għal aktar kura.
Hemm, hi kienet iċċertifikata li qed issofri minn feriti gravi, iżda fortunatament mhux fil-periklu li titlef ħajjitha.
L-investigazjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

