L-MEP Laburista Alfred Sant esprima diżappunt għall-fatt illi l-Parlament Ewropew mhux se jkun qed jirrikonoxxi lill-Għaqda Każini tal-Banda bl-unur li jġib l-isem European Citizens Prize. Dan minkejja li l-Għaqda kienet appoġjata b’mod unanimu mis-6 MEPs Maltin għal dan l-unur.
Alfred Sant kiteb lil Martin Schultz sabiex jesprimi d-diżappunt tiegħu għal din id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew.
Hu sostna li deċiżjonijiet bħal dawn ipoġġu lill-Parlament Ewropew f’dawl ħażin, u l-Parlament ikun qed jidher bħala istituzzjoni ‘il bogħod min-nies.
In-nomina ġiet rifjutata mill-Kumitat li jagħżel il-finalisti li jieħdu dan l-unur Ewropew.
//= $special ?>

