Lokali

Maratona suċċess b’risq il-Missjoni

Fi tmiem il-ġimgħa saret b’suċċess il-Maratona Ġbir ta’ Fondi b’risq il-Missjoni.

Il-Maratona saret bl-iskop li tgħin il-ħidma ta’ Dun Ġorġ Grima tal-Moviment Ġesù fil-Proxxmu, kif ukoll bl-iskop li tgħin gruppi li jaħdmu fil-Perù, fil-Gwatemala, fil-Kenja, fit-Tanzanija, fil-Kambodja u fl-Indja.

Għall-Maratona, li siltiet minnha xxandru wkoll fuq NET Television, attendiet fost l-oħrajn ix-Shadow Minister Paula Mifsud Bonnici li, filwaqt li appellat għall-ġenerożità tal-poplu Malti, esprimiet l-apprezzament tagħha għall-ħidma li ssir fil-Missjoni.