Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara inċident bil-mutur

Raġel ta’ 45 sena mill-Pieta’ jinsab fil-periklu tal-mewt wara li weġġa’ gravi meta kien involut f’inċident tat-traffiku fit-Triq l-Avjazzjoni, Ħal Luqa.

Jirriżultal i l-inċident seħħ it-Tnejn fl-4p.m. meta s-sewweiq tal-mutur tat-tip Honda, għal xi raġuni ħabat ma’ arblu,

Fuq il-post wasal immedjatament tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġie infrumat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-Inkjesta.