Mara ta’ 66 sena sfat vittma ta’ serqa f’nofs ta’ triq u fid-dawl tax-xemx, hekk kif dalgħodu sfat misruqa minn raġel fir-Rabat.
Il-każ seħħ fi Triq San Bastjan meta l-mara kienet miexja u raġel għadda jiġri minn ħdejha. F’dan il-mument, ir-raġel ħatfilha u ġibed il-ġiżirana minn ma’ għonq il-mara qabel ma ħarab jiġri mill-post.
Fil-post issejħu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Madankollu, il-mara ma sofriet l-ebda feriti ħlief xokk qawwi. Hi wkoll irrifjutat milli tmur l-Isptar.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>